Quantity surveyor Quantity surveyor

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal QUANTITY SURVEYOR għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għall-ittra N malajr. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal FLUS biż-żewġ idejn, jiġifieri l-ponot tas-swaba’ tal-ewwel tlett iswaba’ taż-żewġ idejn jogħrku lil xulxin bil-mod waqt li s-swaba’ jħarsu ’l fuq. (iii) Fl-aħħar, id waħda tieħu l-forma ta’ L u tieqaf bil-pala tħares ’il barra. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ V jew U u ż-żewġt iswaba’ jimxu bl-iskossi minn ġewwa għal barra quddiem il-pala tal-ewwel id xi tlett darbiet.

The sign for QUANTITY SURVEYOR has three parts. (i) The first part is the quickly-made sign for the letter N. (ii) Then the two-handed sign for MONEY is made, that is, the first three fingertips of both hands rub each other slowly as they point upwards. (iii) Finally, one hand takes the shape of L and stands stationary with palm facing outwards. The other hand takes the shape of V or U and the two fingers move jerkily in front of the palm of the first hand about three times in the inward to the outward direction.